|
Għid lil ħbiebek dwar Spazju Sagru Jekk inti sibt Spazju Sagru ta' għajnuna, għaliex ma tgħidx bih lin-nies li taf? Tista' tibgħat e-mail issa stess lil ħbiebek, dment li inti fuq l-Internet. Biex jiffrankalek ix-xogħol, hawn taħt għandek issib paragrafu li fih it-tagħrif meħtieġ. Tista' żżid miegħu il-kummenti tiegħek ukoll. Biex tużah, bil-maws, immarka bil-highlighter, agħfas CTRL u C f'daqqa biex tikkopjah. Iftaħ il-programm tiegħek ta' l-e-mail, u waħħlu (paste it) ma' kull messaġġ billi tagħfas CTRL u V f'daqqa. "Sibt web site ġdid,
li jismu Spazju Sagru www.maltajesuitretreats.com/spazjusagru Dan jiggwidak f'sessjoni ta'
talb li ddum minn 5 sa 10 minuti. Fih 6 passi jew sezzjonijiet.
Jibda b'"Tidħol fil-Preżenza t'Alla" u ssib eżerċizzi li jħejjuk
għat-talb. Il-qofol tiegħu huwa silta qasira mill-Iskrittura magħżula
għal dak il-jum (għalhekk għandek issib waħda differenti
kuljum).
Il-Ġiżwiti Irlandiżi ħolqu dan is-sit ħalli jgħinu lil min iħobb juża
l-kompjuter biex jidra jitlob kuljum. Għandhom 'il fuq minn miljun
viżitatur! Inti rajtu? Nota: Spazju Sagru hija traduzjoni aġġornata tal-versjoni bl-Ingliż li nbdiet mill Ġizwiti ta’ l-Irlanda u li għada popolari ħafna ma miljuni ta’ nies mad-dinja kollha." Minn dak li nisimgħu jidher ċar li s'issa:
|
Eżerċizzju Fiżiku
(adattat
minn 'God of Surprises' ta' Gerry W. Hughes SJ)
Oqgħod
bilqiegħda fuq siġġu. Oqgħod bilqiegħda dritt iżda
f'pożizzjoni komda. Dahrek jistrieħ ma' dahar is-siġġu.
Ħalli lil ġismek jirrilassja mingħajr ma tintelaq iżżejjed,
saqajk ma' l-art quddiemek u jdejk mistriħin fuq koxxtejk jew flimkien f'ħoġrok.
Agħlaq
għajnejk, inkella sammarhom fuq xi mkien quddiemek. Issa ħalli
l-attenzjoni tiegħek kollha tistrieħ fuq dak li tkun qed tħoss
f'ġismek. Tista' tibda dan l-eżerċizzju minn riġlejk
'il fuq, filwaqt li iżżomm
l-attenzjoni tiegħek, imqar għal ftit sekondi biss, fuq dik il-parti
ta' ġismek fejn tkun qed tħoss xi ħaġa. Biss, iktar
ma jirnexxilek tieqaf fuq xi parti, aħjar. L-attenzjoni tiegħek
trid tmur fuq dak li tkun qed tħoss, mhux fuq il-ħsibijiet tiegħek
fuq dak li qed tħoss. Jekk m'intix komdu, inkellu jibda jieklok xi
mkien, aċċetta dak in-nuqqas ta' kumdita', għid lilek innifsek
li kollox sew, u mingħajr ma tiċċaqlaq, issokta ffoka
l-attenzjoni tiegħek fuq dak li qed tħoss f'ġismeky.
Moħħna rari jħallina
bi kwietna biex nagħmlu eżerċizzju bħal dan. Jibda
jiġbed l-attenzjoni tagħna b'mistoqsijiet bħal: Qed taħli
ħin prezzjuż. Dan x'għandu x'jaqsam mat-talb? Din
xi ħaġa tal-Ħindus? X'jiswa dan kollu?
Meta jiġuk dawn il-mistoqsijiet, agħmel bħalma għamilt
meta beda jieklok xi mkien: aċċettahom u mbagħad erġa'
kkonċentra fuq dak li tkun qed tħoss f'ġismek.
Jekk
trid, tista' tmur għal talb iktar espli`itu billi toqgħod tirrepeti
lilek innifsek dawn il-kliem ta' S. Pawl: Fih ngħix, u niċċaqlaq,
u jien dak li jien.
Erġa'
lura għal Il-Preżenza ta' Alla
Erġa'
lura għal Il-Preżenza ta' Alla
Lil din l-Art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,
Ħares Mulej, kif dejjem Int
ħarist;
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.
Agħti kbir Alla, id-deh'n lil min jaħkimha;
Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa
'l-ħaddiem;
Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.
Erġa' lura għal Il-Preżenza ta' Alla