| Rokna fis-Skiet u l-Ġabra |
|
Nistidnuk biex
twarrab ftit tal-ħin għal ‘Spazju Sagru’ fil-ġurnata
tiegħek. F’dawn l-għaxar minuti li ġejjin, hekk kif
tinsab bil-qiegħda quddiem il-kompjuter tista’ ssegwi l-istruzzjonijiet
biex tgawdi l-qari li ġie mħejji għalik illum.. |
|
| F'dan il-waqt m'għandniex versjoni bil-Malti. Għalhekk il-'link' tieħdok fil-websajt Irlandiża. Grazzi. |
|
|
|
|
|
|
| Ikklikkja
hawn biex tkabbar l-istampa, Ikklikkja
hawn biex iċċekken. |
| Ibda t-Talba |
Dan l-aħħar ħafna nies qed ikollhom inqas u inqas ċans biex jitolbu, u forsi l-anqas post li kont tistenna li jiġri dan kien minn fuq l-Internet. Jekk din hija s-sitwazzjoni tiegħek, tinsiex illi Alla huwa preżenti kullimkien. Dejjem lest jiltaqa’ magħna meta l-inqas nobsru!
Dawn il-paġni li ġejjin sa jifirxu quddiemek sitt fażijiet ta’ talb. Mhux biss il-qari u ħsieb għal kull ġurnata iżda anke ftit preparazzjoni għall-moħħ u għall-ġisem, biex kollox ikun aktar ta’ siewi.
L-għaġġla ttellifna mhux ftit. Għalhekk aktar ma tieħu ħin fuq kull fażi, aktar hemm ċans li tagħmel kuntatt m’Alla. Mhux biss waqt li għadek fuq l-Internet iżda saħansitra waqt il-ħajja ta’ kull jum.
Il-Preżenza ta` Alla
•
Il-Ħelsien
•
Għarfien
•
Il-Kelma
•
Il-Konversazzjoni
•
Għeluq
Fejn teħel tista’ dejjem tikklikkja fuq il-‘Gwida għat-Talb’ tal-paġna li tkun fiha biex tieħu idea minn riflessjonijiet miġbura minn awturi Ġiżwiti li jirreflettu ż-żminijiet tal-llum.
Fl-aħħar nett sa tikklikkja fuq ‘Amen’ ma' tmiem it-talb u hemmhekk il-paġna taqleb għal waħda aħħarija..
Punt Tekniku: Tkun tista’ taqra l-kliem aħjar jekk tkabbar dan il-‘browser window’ kompletament (‘maximise’) Min jixtieq ikabbar il-font jista’ jagħmel hekk mit-‘toolbar’ ‘View’ imbagħad jagħżel ‘refresh/reload’.
| Ibda t-Talba |
CIS |
X’taħseb ? |
Address: Mount St. Joseph
Retreat House
Targa Gap, Mosta MST 11 - Malta
Tel: (00356) 21416916/ 21411110/ 21416923/ 21419624
Fax: (00356) 21412785
Email: mountsj@maltajesuitretreats.com