............................................................................................................................................................
  2006/2007 CIS Programme

Oct 07 | Nov 07 | Dec 07 | Jan 08 | Feb 08 | Mar 08 | Apr 08 | May 08 | Jun 08 |

 

OTTUBRU INDEX

U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien tajjeb ħafna.” (Ġen. 1, 31): in-Nisrani u l-Ambjent.
Għandna għax niżżu ħajr ‘l Alla li fl-aħħar il-bniedem tas-seklu 21 qed jagħraf il-ħtieġa li jibda jibża’ u japprezza s-sbuħija tal-ħolqien ta’ madwaru. Kemm jien konxju tas-sbuħija tal-ħolqien? Kemm jien grat ‘l Alla għal dan ir-rigal li tani? Kemm iressaqni lejn Alla l-ħolqien? X’responsabbiltà nħoss biex nibża’ għal dan il-ħolqien? Dawn huma xi riflessjonijiet li nista’ nagħmel f’atmosfera ta’ talb matul dan il-“week-end retreat”.

Data: Mill-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru, 2007, fis-7.00 ta’ filgħaxija, sal-Ħadd, 14 ta’
Ottubru, wara l-pranzu.
Imexxi: Fr. Victor Degabriele, S.J., megħjun minn Ms. Louise Vella.
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.

Jum ta’ ġabra għall-għalliema fil-bidu tas-sena skolastika
F’ħajti għandi mumenti ta’ waqfien, ta’ mistrieħ m’Alla? Jista’ jkun li ħajti ġirja waħda? Jekk hu hekk, din tista’ tkun okkażjoni tajba fejn tieqaf ftit u tieħu n-nifs f’ambjent sieket u sabiħ.

Data: 14 ta’ Ottubru 2007 mid-9.00 am sal-5.00pm (inkluż l-ikel)
Imexxi: Fr Godwin Preca, S.J.
Post: Mt St Joseph Retreat House, Tarġa Gap, Mosta

Mulej, għallimna nitolbu.
Huwa l-Ispirtu ta’ Ġesù li f’qalbna jqanqalna biex nitolbu. Iżda aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna.
F’dan l-irtir nitgħallmu flimkien metodi differenti ta’ talb.

Data: Mill-Ġimgħa, 19 ta’ Ottubru, 2007 fis-7.00 ta’ filgħaxija, sal-Ħadd, 21 ta’
Ottubru wara l-pranzu.
Imexxu: Ms Rosaline Scicluna, Ms Mary Xuereb, Fr. Anthony Cilia, S.J. u
Fr. V. Degabriele, S.J.
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 


NOVEMBRU INDEX

Nersqu lejn Kristu u nsiru nafuH aħjar permezz ta’ San Ġorġ Preca.
Żgur li għandna ħafna x’nitgħallmu mill-persuna u l-ispirtu ta’ San Ġorġ Preca, bniedem li għex ħajja tant intima mal-Mulej.
Matul dan l-irtir fis-silenzju nisimgħu fuq aspetti u karatteristiċi partikulari ta’ l-ispiritwalità ta’ dan is-saċerdot qaddis u li jgħinuna nidħlu f’relazzjoni intima ta’ talb.

Data : Mill-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru, 2007 fis-7.00 ta’ filgħaxija, sal-Ħadd, 4 ta’
Novembru wara l-pranzu.
Imexxu: Is-Sur John Formosa, Superjur tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM,
u s-Sur Natalino Camilleri, soċju tas-Soċjetà tal-MUSEUM.
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.


Irtir ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom. Din hija esperjenza spiritwali b’differenza. Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien. Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Dan il-Weekend joffri opportunità lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.

Data: Mill-Ġimgħa 23 ta’ Novembru, fis-6.00pm sal-Ħadd 25 ta’ Novembru, fil-5.00pm
Jiffaċilitaw: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Post: Mount St. Joseph Retreat House, Mosta
 


DIĊEMBRU INDEX

Nitolbu bl-Evanġelju (erba’ Ħdud tal-Avvent)
Dati: 2, 9, 16, 23 ta’ Diċembru 2007 mis-7.00pm sat-8.15pm
Imexxi; Fr Paul Sciberras
Post: Mount St Joseph Retreat House, Mosta

BODY - MIND – SPIRIT A Psycho-spiritual workshop
This workshop will consist mostly in learning a series of bodily, mental and spiritual exercises which you can then practise in your daily life. These exercises include: awareness, centering, breathing, focusing, guided fantasy, visualisation, bio-energetics, sub-personalities within you, and relaxation.
A few short inputs will be given to help participants integrate body, mind and spirit in a holistic way.
The workshop will be conducted in Maltese by Fr Alfred Darmanin sj, a clinical psychologist.

Date: Thursday 13th December
Time: 9.00 am – 1.00 pm (+ lunch, optional)
Venue: Mount St Joseph Retreat House, Mosta

Inħejju ruħna biex nilqgħu lil Dak li ġej biex isalvana flimkien ma’ ommu Marija.
L-Avvent hu żmien ta’ stennija u preparazzjoni għall-miġja tal-Mulej Ġesù. Dan iż-żmien liturġiku huwa wkoll żmien marjan, għaliex ħadd daqs il-Verġni Marija ma jista’ jgħallimna kif għandna nħejju ruħna biex nilqgħu lill-Mulej. Dan nagħmluh billi nirriflettu fuq l-ikona marjana « Pana ghia » jew kif ħafna isejjħulha l-« Ikona tas-Sienja ». Dan għaliex Marija hija għalina s-sinjal tal-preżenza ta’ Alla fostna.

Data: Mill-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru, 2007 fis-7.00 (pm),
sal-Ħadd, 16 ta’ Diċembru wara l-pranzu.
Imexxi: Fr. Gerard Buhagiar, SThD, Dip Lit, Dip Arch
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 


JANNAR INDEX

Irtir għall-Ħaddiema tal-Id
Id-dinja tax-xogħol għandha s-sabiħ u l-iebes tagħha. Dan l-irtir hu maħsub biex jgħin lill-Ħaddiema jifhmu aħjar ir-realtà li jgħixu fuq il-post tax-xogħol u jagħmlu minnha esperjenza nisranija.

Data : 20 ta’ Jannar 2008 mid-9.00am sal-5.00pm (bl-ikel inkluż)
Imexxi : Fr Paul Deguara S.J.
Post : Mount St Joseph Retreat House, Mosta

Nofs ta’ nhar ta’ riflessjoni fuq kif nuża l-immaġinazzjoni fit-talb
(Kontemplazzjoni Injazjana)
Tul dan in-nofs ta’ nhar ser naraw kif nistgħu nitolbu bl-Iskrittura billi nużaw l-immaġinazzjoni tagħna.

Data : 26 ta’ Jannar 2008 mid-9.00am sas-1.00pm (bl-ikel inkluż)
Tmexxi : Ms Mary Clare Camilleri
Post : Mount St Joseph Retreat House, Mosta
 


FRAR  INDEX

Ir-Randan : żmien il-konverżjoni.
Irtir fis-silenzju bħala preparazzjoni għar-Randan.

Data: Mill-Ġimgħa, 1 ta’ Frar, 2008 fis-7.00 ta’ filgħaxija,
sal-Ħadd, 3 ta’ Frar wara l-pranzu.
Imexxi : Fr. Nazju Borg
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.


Irtir ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom. Din hija esperjenza spiritwali b’differenza. Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien. Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Dan il-Weekend joffri opportunità lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.

Data: Mill-Ġimgħa 8 Ta’ Frar, fis-6.00pm sal-Ħadd 10, fil-5.00pm
Jiffaċillitaw: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta


The Book of Psalms and Select Themes from the Spiritual Excercises of St Ignatius
The Book of Psalms can be described as the prayer book of ancient Israel in poetic form. It was also taken over as a prayer book by the Christian Churches. The Psalms are written in first-class Hebrew poetic style, thereby succeeding to express the deepest yearnings of the ancient Israelites for God – both as individuals and as a community. The emotions of the Psalmist are expressed very graphically – and at times they seem to be harsh to the contemporary ear.
In this weekend seminar, such aspects will be examined together with the main theological tenets of the Psalms. In turn these will be linked to select themes from the Spiritual Excercises of St Ignatius.
Professor Anthony J. Frendo, Head of the Department of Arabic and Near Eastern Studies at the University of Malta, lectures on Ancient Near Eastern Studies. His special interests lie in Biblical Hebrew, the Bible, and Near Eastern Archaeology (mainly Biblical Archaeology). He is also interested in Ignatian Spirituality.
Date: From Friday 15th February at 6.30 pm till Sunday 17th at 5.00 pm
Given by: Prof. Anthony J. Frendo (Professor in Scripture and Biblical Archaeology)
Place: Mt St Joseph Retreat House, Targa Gap, Mosta.


Irtir għall-Professjonisti.
Dan l-irtir, li għandu storja twila, huwa miftuħ għall-professjonisti individwali. Dan
l-irtir isir bil-Malti.

Data : Mill-Ġimgħa, 29 ta’ Frar, 2008 fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd, 2 ta’ Marzu, wara l-pranzu.
Imexxi : Fr. Godwin Preca, SJ
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 


MARZU  INDEX

Irtir ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom. Din hija esperjenza spiritwali b’differenza. Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien. Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji. Dan il-Weekend joffri opportunità lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.

Data: Mill-Ġimgħa 7 ta’ Marzu, fis-6.00pm sal-Ħadd 9, fil-5.00pm
Jiffaċillitaw: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta

Irtir għall-koppji Professjonisti:
Dan l-irtir huwa indirizzat lill-koppji professjonisti u għandu jsir bil-Malti.

Data : Mill-Ġimgħa, 7 ta ‘ Marzu, 2008 fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd, 9 ta’
Marzu wara l-pranzu.
Imexxi : Fr. Arthur Vella, S.J.
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.

Il-Verità Fuqna Nfusna teħlisna
F’dan is-Seminar ser nirriflettu fuq kif nistgħu nkunu dak li tassew aħna.
Nistaqsu: “Kif nistgħu nkunu konsistenti magħna nfusna, biex f’dak li naħsbu, irridu, u nagħmlu jkun hemm qbil u ma jkunx hemm konflitti jew kontradizzjonijiet ma’ dak li tassew aħna minn ġewwa u fina nfusna ?”

Dan narawh fid-dawl tal-kliem u t-tagħlim ta’ Gesù fid-Diskors tal-Muntanja fejn jgħallimna u jwissina : “Mela, ħa jkun id-diskors tagħkom ‘Iva, iva, lè, lè ‘, għax kull ma hu iżjed minn hekk ġej mill-Ħażin.”
Data: L-Erbgħa 12 ta’ Marzu mis-6.00pm sat-8.00pm
Imexxi : Fr Arthur G. Vella, s.j
Post: Mount St Joseph retreat House, Mosta

Irtir għall-Professjonisti bit-Taljan:
Din hija stedina għall-Professjonisti individwali rġiel biex jieħdu sehem f’irtir ta’ ħamest ijiem. Dan l-irtir li għandu tradizzjoni twila u ilu jsir regolarment għal ħafna snin huwa mument eċċellenti ta’ preparazzjoni għall-festa ta’ l-Għid il-Kbir. Fl-aħħar ġurnata ta’ dan l-irtir isir pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fejn l-irtir jispiċċa biċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija.

Data : Mill-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu, 2008, fis-7.00 ta’ filgħaxija sat-Tlieta, 18 ta’
Marzu wara l-pranzu.
Imexxi : Padre Vittorio Liberti, S.J.
(Rettur tal-Pontificio Seminario di Campania, Napoli)
Post : Dar Manresa, Victoria, Għawdex.

Irtir fil-Kampanja - CANCELLED
Wiċċ imb'wiċċ ma' Ġesù Rxoxt
Ma kienx faċli għad-dixxipli li jagħrfu lil Ġesù meta qam mill-mewt: darba ħasbuh fantażma; drabi oħra ma għarfuh xejn; kemm-il darba beżgħu meta indunaw min kien. Għarfuh fil-qsim tal-ħobż, jew mill-marki ta' l-imsiemer f'idejh u saqajh. U qalbhom baqgħet titħeġġeġ meta semgħuh ikellimhom. F'dan l-irtir, naqsmu mad-dixxipli l-esperjenza ta' Ġesù imqajjem mill-mewt: magħhom naraw x'jista' iżommna milli nagħrfuh, u flimkien mal-Knisja f' dan iż-żmien tal-Għid, nifirħu bir-rebħa tal-ħajja fil-milja tagħha.
Dan l-irtir huwa ntenzjonat għall-familja kollha. Ser ikun adattat sew għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal.

Data: Mill-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2008 sal-Ħadd 30 ta’ Marzu wara nofs in-nhar Imexxu: Dr. Edward Warrington u Fr Paul Zammit SJ
Post: Mount St Joseph Retreat House, Mosta

Marriage Encounter.
Dan l-irtir ta’ weekend hu indirizzat għall-koppji miżżewġin. Matul dawn il-jumejn il-koppji jkollhom l-okkażjoni li jitolbu flimkien u jirriflettu aktar fil-fond dwar ir-relazzjoni taghħom ta’ mħabba li hi mwaqqfa fuq l-imħabba infinita li Alla għandu lejna.
Kull sharing personali jsir biss bejn il-koppja.

Data : Mis-Sibt, 29 ta’ Marzu, 2008, fid-9.00 ta’ filgħodu sal-Ħadd, 30 ta’ Marzu, fl-4.00 ta’ wara nofs in-nhar.
Imexxu : Fr. Joe Mizzi, Direttur tal-Moviment ta’ Kana f’Malta, flimkien mall-
koppja Tony u Miriam Sammut, President tal-Gruppi Familji Nsara.
Partecipanti: Mhux aktar minn 12-il koppja.
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 


APRIL  INDEX

Irtir/Workshop fuq ir-Rabja - CANCELLED
Fil-ħajja tagħna jistgħu jiġru ħafna affarijiet li jweġġgħuna, jirrabjawna u jimlewna b’ħafna sens ta’ ħtija li jħawduna u joħdulna l-paċi minn qalbna. Din is-sitwazzjoni tant diffiċli tista’ tgħinna nikbru! Dan il-weekend joffri spazju u ambjent ta’ aċċettazzjoni u tolleranza biex naqsmu l-esperjenza tagħna... filwaqt li nħallu ‘l Alla jgħinna nsibu l-paċi u s-sens ta’ din it-tbatija nterjuri f’ħajjitna.

Data: Mill-Ġimgħa 18 ta’ April fis-6.00pm sal-Ħadd 20, fil-5.00pm
Imexxu: Fr. Vince Magri S.J. flimkien ma’ Ms Mary Cassar
u Ms Polly Schembri
Post: Mount St Joseph Retreat House,Mosta

‘Lectio Divina’
Il-‘Lectio Divina’ hi metodu qadim u dejjem ġdid ta’ qari spiritwali tal-Kotba Mqaddsa, ta’ talb bil-Bibbja. Il-‘Lectio Divina’ fiha erba’ stadji : 1. Il-‘Lectio’ (il-qari), 2. Il-‘Meditatio’, (il-meditazzjoni), 3. L-‘Oratio’, (it-talb), 4. Il-‘Contemplatio’, (il-kontemplazzjoni). Dan hu bħal sellum, magħmul minn erba’ skaluni, li bih nitilgħu mill-art lejn is-sema. Saqajh iserrħu fuq l-art, imma l-quċċata tiegħu tinfed is-sħab u tgħarrex is-sigrieti tas-sema. (Guigo c-Certosin).
Dan se jkun irtir fis-silenzju li fih nitgħallem nitlob bil-‘Lectio Divina’.

Data: Mill-Ġimgħa, 25 ta’ April, 2008 fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd, 27 ta’
April wara l-pranzu.
Imexxi: Fr. Alex Refalo
Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
 


MEJJU  INDEX

Irtir fuq il-Quddiesa
Kull irtir, bħall-ħajja Nisranija kollha, għandu bħala ċentru l-Ewkaristija. Dan l-Irtir mhux biss hekk, imma it-talb stess u r-riflessjoni jsiru fuq il-Quddiesa: il-bażi teoloġika tagħha; it-tifsira ta’ kull parti: il-miġemgħa, il-Kelma ta' Alla, l-offerti, il-kliem ta' Gesù fl-Aħħar Ċena, u t-tqarbin ; u fl-aħħar kif ngħixu l-Quddiesa
fil-ħajja ta' kuljum. B'hekk nittamaw li nidħlu dejjem iżjed fil-fond ta' din l-azzjoni li
ħallielna Gesu` biex nagħmluha b'tifkira tiegħu.

Data: Mill-Ġimgħa 16 ta’ Mejju fil-għaxija sal-Ħadd 18, wara nofs in-nhar
Imexxi: Fr Mario Jaccarini S.J.
Post: Mount St Joseph Retreat House, Mosta

Aħna ulied id-Dawl
Flimkien permezz tat-talb nippruvaw nidħlu dejjem aktar 'l ġewwa fil-misteru ta' Alla. Naraw ukoll x'impatt għandu fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum it-twemmin tagħna f'dan il-misteru. X'jgħidilna fuq ir-relazzjonijiet tagħna fil-familja, mal-ħbieb, fis-soċjetà dan il-misteru?

Data: Mill-Gimgħa, 23 ta' Mejju, 2008 fis-7.00 ta' filgħaxija sal-Ħadd, 25 ta' Mejju wara l-pranzu.
Imexxu: Dr. Edward Warrington u Fr. Paul Zammit, SJ
Post: Dar Manresa, Victoria, Ghawdex.
 


ĠUNJU INDEX

Personalità, Spiritwalità u Talb
Kull wieħed minna mhux bħall-ieħor. Il-Psikoloġija tagħtina strumenti biex
insiru nafu lilna nfusna aħjar. Fost dawn hemm l-indikatur Myers Briggs (MBT).
F’dan is-seminar nużaw dan l-instrument biex insiru nafu aħjar lilna nfusna u wkoll
nifhmu liema modi ta’ talb l-aktar li jaqblu mal-personalità tagħna.

Data: Mill-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju filgħaxija sal-15, wara nofs in-nhar.
Imexxi: Fr Alfred Micallef S.J.
Post: Mount St Joseph Retreat House, Mosta


NOTA: Id-Djar ta’ Manresa u Mt St Joseph joffru servizz ta’ diretturi tal-irtiri, kemm għal dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu rtir waħedhom, ikif ukoll għall-gruppi. Għal iktar tagħrif ikkuntattja lid-Direttur.
 

 
Korrispondenza:


Għawdex:

      The Director
      Manresa Retreat House
      Triq Santa Dminka
      Victoria VCT 9037
      Għawdex
      Tel: 21556635
      Fax: 21559314
      Email: manresa@vol.net.mt


Malta:

      The Director
      Mount St Joseph Retreat House
      Tarġa Gap
      Mosta MST 9072
      Tel: 21416916
      Fax: 21412785
      Email: info@mtsjoseph.org
                www.mtsjoseph.org

Malta
     The Director
     Centre of Ignatian Spirituality
     Email: director@cismalta.org
               www.cismalta.org
 

INDEX


CIS - Past years' programmes

2002/2003 CIS Programme

2003/2004 CIS Programme

2004/2005 CIS Programme

2005/2006 CIS Programme

2006/2007 CIS Programme


.............................................................................................................................................................................................................................................................
 Developed by Maltaserv