Oct 04 | Dec 04 | Jan 05 | Feb 05 | Mar 05 | Apr 05 | May 05 | Jun 05 | Aug 05 | Sep 05 |

 
Ottubru 2004 | index
Il-Mixja Tagħna Lejn Dar il-Missier
Ħajjitna hija mixja; il-Knisja hi pellegrina.  Għalhekk filwaqt li nagħmlu xi mixjiet inkunu nistgħu naħsbu u nitolbu dwar dan l-aspett ta’ ħajjitna, Għawdex bil-ġmiel naturali tiegħu, joffri ambjent ideali għal dan it-tip ta’ esperjenza.
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd 17 wara l-pranzu
Imexxu: Fr.Paul Zammit SJ u Ms Rosalie Scicluna
Irtir għall-Ħaddiema
Id-dinja tax-xogħol għandha s-sabiħ u l-iebes tagħha.  Dan l-irtir hu maħsub biex jgħin lill-Ħaddiema jifhmu aħjar ir-realta’ li jgħixu fuq il-post tax-xogħol u jagħmlu minnha esperjenza nisranija
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd 31 wara l-pranzu
Imexxu: Fr. Paul Deguara S.J
Diċembru 2004 | index
Nintegraw Aspetti Essenzjali ta’ Ħajjitna
Kemm-il darba nesperjenzajaw konflitt bejn il-ħajja tagħna spiritwali, fil-familja, fuq ix-xogħol u mal-ħbieb.  Fil-ħajja tagħna personali wkoll mhux dejjem jirnexxielna nintegraw l-iżvilupp tagħna fiżiku, mentali, emozzjonali, sesswali, soċjlai u reliġjuz.  Dan is-seminar igħinek tifhem kif tintegra dawn l-aspetti diversi f’ħajtek.  Il-programm jinkludi ħin ta’ talb personali, taħdidiet, meditazzjoni iggwidata, esperjenzi fi gruppi u quddiesa
Post: Retreat House of the Sisters of St Joseph of the Apparition, Rabat
Dati: L-4 ta’ Diċembru, Lm6.00 (Bl-ikel) or Lm3.00 (mingħajr ikel)
Imexxu: Fr Alfred Darmanin S.J
L-Avvent:  Il-Misteru ta’ Alla li jsir bniedem
Il-Milied huwa żmien li fih naraw l-imħabba kbira ta’ Alla għalina. Sar bniedem biex ikun qrib tagħna.  L-Avvent huwa ż-żmien li fih nistennew li jiġi l-Mulej.  Dan l-irtir qasir qegħdin noffruh bħala tħejjija għal din il-ġrajja hekk importanti
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd wara l-pranzu
Imexxu: Fr. Paul Zammit SJ, Ms Rosalie Scicluna, Ms Mary Xuereb
Jannar 2005 | index
Irtir fis-Silenzju għas-Saċerdoti u Reliġjużi (irġiel u nisa)
Id-Dar qiegħda toffri dan l-irtir fis-silenzju għall-persuni kkonsagrati ħalli jidħlu iktar ‘il ġewwa fil-ħajja spiritwali tagħhom u jgħixu a]jar il-kariżma u l-ministeru tagħhom
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ħadd 9 ta’ Jannar 2005 filgħżħaxija sal-Ġimgħa 14 filgħaxija
Imexxu: Fr. Paul Deguara S.J
Frar 2005 | index
Seminar (mhux residenzjali) -  Niskopru l-Qalb ta’ Alla fid-Dinja
Fid-dinja hawn hafna affarijiet sbieħ.  Iżda, fl-istess ħin hija verita’ wkoll li qed ngħixu f’żmienijiet diffiċli u qliel.  Din is-sitwazzjoni ġġgħalna niddubitaw u nistaqsu fejn marret l-imħabba ta’ Alla?  Alla għadu jinteressa ruħu f’dak li qiegħed ji[ri fid-dinja?  Għaliex ma jintervjeniex direttament u jwaqqaf it-tixrid tad-dmija u jneħħi t-tbatija nġusta?  Dan is-seminar joffri riflessjoni Bibblika ħalli niskopru kif “il-qalb” ta’ Alla tħabbat u kif qed jurihilna fil-Qalb ta’ Ibnu.  Ikun hemm ħin għat-talb, qsim flimkien ta’ l-idejat u l-Ewkaristija
Post: Retreat Centre, Convent of the Sacred Heart, St Julian’s
Dati: Is-Sibt 19ta’ Frar (9.00am – 5.00pm) u l-Ħadd 20 ta’ Frat (9.00am – 2.00pm)   (Bl-ikel) Booking:  Ċempel 21345907 ref. Sr. Helen Curmi
Imexxu: Sr Marie Scicluna rcsj
Inħejju Ruħna għall-Għid bil-Meditazzjoni fuq l-Ikoni
Bħala nsara aħna nafu li l-fidi tagħna hija bbażata fuq il-misteru tal-mewt u l-qawmien tal-Mulej Ġesu’ mill-mewt.  Sejrin inħejju ruħna għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dawn il-misteri billi nikkontemplawhom bil-g]ajnuna ta’ ikoni
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 18 ta’ Frar fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd 20 wara l-pranzu.
Imexxu: Fr. Gerald Buhagiar
Marzu 2005 | index
Irtiri ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom.  Din hija esperjenza spiritwali b’differenza.  Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien.   Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji.  Dan il-Weekend joffri opportunit¿ lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa  4 ta’ Marzu, fis-6.00pm sal-Ħadd 6, fil-5.00pm
Imexxu: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Irtir għall-Infermiera
Dan l-irtir hu maħsub biex jgħin lill-infermiera ħalli jgħożżu dejjem iktar il-vokazzjoni nobbli tagħhom.  Filwaqt li jumejn bħal dawn jistgħu jkunu ta’ mistrieħ, jistgħu ikunu wkoll mument li fih jersqu iktar lejn Alla.
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 4 ta’ Marzu fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd 6 wara l-pranzu. Mhux iktar minn 14-il ruħ
Imexxu: Fr. Paul Degaura SJ
Irtir għall-Professjonisti (Koppji) bil-Malti
Dan hu appuntament ta’ kull sena għall-koppji tal-professionisti u għall-ħbieb tagħhom.
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 4 ta’ Marzu fis-7.00 ta’  filgħaxija sal-Ħadd 6 wara l-pranzu. Mhux iktar minn 15-il koppja
Imexxu: Fr. Charles Caruana SJ.
Irtir għall-Professjonisti bil-Malti
Dan huwa rtir li jsir ta’ kull sena, li jinkludi pelegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-aħħar jum tiegħu
Post: Manresa Retreat House - Għawdex
Dati: Mill-Ġimgħa 11 ta’ Marzu fis-7.00 ta’ filgħaxija sat-Tlieta 15 wara l-pranzu.
Imexxu: Fr. Vincent Magri, SJ
Seminar Nhar l-Erbgha Qabel id-Duluri
Il-maħfra mhix dgħufija? Il-maħfra ma tmurx kontra l-ġustizzja? Meta taħfer ma tħossokx li ċedejt u tlift? Mela għaliex Alla jitlobha minna l-maħfra ?  U għaliex biex Alla jsalvana rridu nibqgħu naħfru
Post: Mount St Joseph, Retreat House, Mosta
Dati: L-Erbgħa 16 ta’ Marzu  2005, From 6.00 pm to 8.30 pm
Imexxu: Fr Arthur Vella S.J
Retreat for Professional Men in English
Lent is a time of preparation for the great celebration of the Lord’s victory over sin and death.  It is a time of grace and reconciliation.  Every year Manresa House offers a 5-day retreat in English to members of the professions.  On the last morning the retreatants go on a pilgrimage to the shrine of Our Lady of Ta’ Pinu.
Venue: Manresa Retreat House - Gozo
Dates: The retreat starts at 7.00 pm on Friday 18 March and comes to an end after lunch on Tuesday 22
Director: Fr. Finbarr Lynch SJ.  Fr. Lynch is a member of the retreat-giving team at Manresa Retreat House in Dublin, Ireland.  He has a long experience in the giving of the Spiritual Exercises of St Ignatius.  He has already given retreats in Malta
April 2005 | index
Irtiri ta’ Weekend għall-Miżżewġin
Dan il-Weekend huwa okkażjoni għall-dawk il-koppji miżżewġa li jixtiequ jġeddu u jiċċelebraw il-wegħediet taż-żwieġ tagħhom.  Din hija esperjenza spiritwali b’differenza.  Il-Weekend huwa mfassal li jkun kreattiv fejn il-partners jirriflettu u jitolbu flimkien.   Ikun hemm ħin ta’ sharing fi grupp magħmul minn 8 koppji.  Dan il-Weekend joffri opportunit¿ lill-koppji parteċipanti sabiex jiskopru dejjem aktar l-imħabba li Alla għandu għall-miżżewġin u l-familji tagħhom.
Post: Mount St. Joseph Retreat House – Mosta
Dati: Mit-22 ta’ April, fis-6.00pm sal-Ħadd 24, fil-5.00pm
Imexxu: Il-Koppja Carmen u Karm Conti u Fr. Vince Magri S.J.
Mejju 2005 | index
8-day one-to-one Ignatian Directed Retreat in English
This is a personally directed retreat lasting 8 days.  A shorter version is also possible.  This is an opportunity to come closer to the Lord and discovering his loving will for us. Places available: 10 max
Venue: Manresa Retreat House - Gozo
Dates: May 2 in the evening till May 9 in the evening
Directors: Frs Paul Degaura, SJ and Paul Zammit SJ
Irtir Injazjan b’direzzjoni personali ta’ Tmint Ijiem bil-Malti
Din hi esperjenza ta’ tmint ijiem (jew iqsar skond il-bżonn) li fiha fis-skiet infittxu li nersqu lejn Alla u niskopru il-pjanijiet ta’ l-imħabba tiegħu għalina.
Post: Manresa Retreat House – Għawdex
Dati: Mit-2 ta’ Mejju filgħaxija sad-9 ta’ Mejju filgħaxija. Mhux iktar minn 10 persuni
Imexxu: Frs Paul Deguara u Paul Zammit SJ
Irtir ta’ Weekend għall-Persuni Sseparati
Is-separzzjoni ta’ koppja miżżewġa qatt mhi ġrajja feliċi.  It-tbatija ta’ dawn il-pesrsuni hija rejali għalkemm ma tidhirx.  It-trawma ġġib magħha krizi profonda u tolqot ir-relazzjoni ma’ Alla wkoll.  Dan il-Weekend jkoffri spazju u ambjent lill-persuni f’dan l-isatat ta’ħajja ta’ akkoljenza, tolleranza u support.  Il-parteċipanti jkollhom eżerċizzji spiritwali bi kreattivit¿.  Ikun hemm ħin għat-talb personali u flimkien u ta’ sharing fil-grupp.     Il-Weekend miftuħ għall-ewwel 15-il persuna li jibbukkjaw.
Post: Mount St. Joseph Retreat House - Mosta
Dati: Mill-Ġimgħa 27 ta’ Mejju fis-6.00pm sal-Ħadd 29, fil-5.00pm
Imexxu: Fr. Vince Magri S.J. flimkien ma’ Ms Polly Schembri
Ġunju 2005 | index
Alla Jdewwi u Jinfaxxa l-Ġrieħi Tagħna
Rtir li fih nimmeditaw fuq l-imħabba u l-mogħdrija li Alla juri magħna.  Għalkemm midinbin, għajjenin, qisna mitlufin, Alla ma jieqaf qatt iħobbna.  Dan ser ikun irtir ibbażat fuq l-ispiritwalita’ tal-Qalb ta’ Ġesù.
Post: Manresa Retreat House – Għawdex.
Dati: Mill-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju fis-7.00 ta’ filgħaxija sal-Ħadd 19 wara l-pranzu
Imexxu: Sr Marie Scicluna (Society of the Sacred Heart)
Awwissu / Settembru 2005 | index
Irtir Injazjan ta’ 8 Ijiem
Irtir ta’ 8 ijiem b’direzzjoni personali min direttriċi.  L-irtir huwa esperjenza intensa fit-talb, waħdek fis-skiet u l-ġabra.  L-irtir huwa miftuħ għall-ewwel 8 li japplikaw.  Biex tibbukkja ċempel personalment lil Sr Marie Scicluna fuq in-numru 21 228 021
Post: Mount St. Joseph, Retreat House, Mosta
Dati: Mit-Tnejn 29/08/05 filgħdou sat-Tnejn 05/09/05 filgħaxija
Imexxu: Sr Marie Scicluna (Society of the Sacred Heart)

Esperjenza fil-Ħajja tat-Talb

STEDINA LI TISTA’ TBIDDILLEK ĦAJTEK

Lil min jixtieq jibda jew jidħol aktar fil-ħajja tat-talb noffru l-Eżerċizzji Spiritwali fil-ħajja ta’ kuljum…tista’ tkun esperjenza qasira ta’ ħmistax il-ġurnata jew ta’ aktar żmien. Min jidħol għal din l-espserjenza jkun iggwidat personalment. It-talb kuljum isir fuq passi mill-Iskrittura li jittrattaw r-relazzjoni ta’ Alla ma’ l-bniedem u tal-bniedem ma’ Alla. Kulma hemm bżonn huwa mpenn ta’ almenu nofs siegħa talb kuljum matul l-esperjenza. Iċ-Ċentru ta’ Spiritwalita Injazjana għandu diversi gwidaturi mħarrġa apposta fl-akkumpanjament spiritwali. Jekk tinteressak din l-esperjenza ċempel lid-Direttur tac-CIS għal appuntament

 

Għall-Bookings, Korrispndenza jew aktar Informazzjoni :

 

Għawdex:     The Director

                                    Fr. Paul Zammit S.J.

                                    Manresa Retreat House

                                    Triq Santa Dminka

                                    Victoria VCT 114

                                    G]awdex

                                    Tel.          21 556635

                                    Fax          21 559314

                                    E-mail:     manresa@vol.net.mt

                                                  manresa@maltajesuitretreats.com

 

Malta:           The Director

                                    Fr Alfred Micallef S.J.

                                    Mount St. Joseph Retreat House

                                    Tarġa Gap

                                    Mosta MST 11

                                    Tel.         21 416916

                                    Fax         21 412785

                                    E-mail:    mountsj@maltajesuitretreats.com

 

CIS:                         The Director

                                    Fr Vincent Magri S.J.

                                    Centre of Ignatian Spirituality (CIS)

                                    Xavier House

                                    226, Triq San Pawl

                                    Valletta VLT 07

                                    Tel.        21243681

                                    Mob.       99864561

                                    E-mail:    cis@maltajesuitreteats.com

                                                 vince@maltajesuitretreats.com

 

Biex tirċievi l-e-Newsletter taċ-Ċentru ta’ Spiritwalita Injazjana (CIS)

li toħroġ fil-bidu ta’ kull xahar ibgħat liċ-CIS Director din l-informazzjoni:

Isem, Indirizz, Tel. No., Mob. No., E-mail address 

jew inkiteb 'online' hawnhekk